Welcome to C3's official website
|
President's Message
Nagħtukom merħba fil-websajt ta’ C3, wieħed mit-tliet gruppi tal-istudenti fl-iskola tas-Seminarju. C3 huwa grupp li jieħu ħsieb il-volontarjat permezz ta’ attivitajiet li norganizzaw matul is-sena, kemm ġewwa kif ukoll barra l-iskola. Din hija t-tieni s-sena li ġie mwaqqaf il-Kumitat tal-istudenti u għalhekk bdejna naħsbu sabiex niftħu aktar l-orizzonti tagħna u mmorru nagħmlu xogħol volontarju barra mil-iskola. Inħeġġukom tingħaqdu mal-grupp taghna sabiex b’hekk nieħdu pjacir flimkien filwaqt li ngħinu lil oħrajn u nagħmlu d-dinja post aħjar.
Jake Alex Gauci President |
Co-ordinator's Message
"Merħba f’din il-websajt li għandha tiftħilkom tieqa ċkejkna għal dak li hu u jfisser is-C3 għall-istudenti u għal dawk kollha li jagħtu sehemhom fil-ħidma li jorganizza dan il-Grupp. Jalla din il-paġna elettronika sservi ta’ pont bejn il-kumitat tal-istudenti u bejnkom studenti, għalliema u LSAs tal-iskola tagħna biex inkomplu nsaħħu u nibnu l-ħidma li jwettaq dan il-grupp." Mr Bertram Portelli |